Coronavirus Formula 1 Sport

AĠĠORNATA: Sergio Perez pożittiv għall-coronavirus

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq tal-Formula 1 Sergio Prerez jinsab f’iżolament wara li l-aħħar test tal-coronavirus irriżulta pożittiv. Dan wara li aktar kmieni l-ewwel test li sarlu kien inkonklussiv. Kelliem għat-tim ta’ Racing Point qal li Perez ilu ma jirritorna pajjiża sa mill-aħħar Grand Prix li sar l-Ungerija.

Is-sewwieqa u l-membri tat-tim jitħallew jidħlu fiċ-ċirkwit biss wara li jkunu rriżultaw pożittiv għall-coronavirus. S’issa kien hemm żewġ riżultati biss pożittivi mill-Formula 1. Aktar tard mal-jum sarlu t-tieni test fejn issa qiegħed jistenna r-riżultat għal dan it-test.

Sergio Perez jinsab fis-sitt post fil-klassifika tas-sewwieqa, wara li fl-ewwel tliet tlielaq tal-istaġun temm darbtejn fis-sitt post u darba fis-seba’ post. Fi tmiem il-ġimgħa jkompli l-istaġun tal-Formula 1 bil-Grand Prix ta’ Silverstone fl-Ingilterra.

Il-Formula 1 ħabbru li Perez mhux se jkun qiegħed jieħu sehem fil-Grand Prix ta’ Silverstone filwaqt li awgurawli fejqan ta’ malajr.