Coronavirus Lokali Saħħa

10 każi ġodda ta’ COVID-19; Total ta’ 150 każ attiv

Fl-aħħar 24 siegħa f’pajjiżna ħarġu 10 każi ġodda ta’ COVID-19 minn fost 1,314-il swab test.

Sitta minn dawn il-każi ġodda jiffurmaw parti minn cluster tal-Festa ta’ Santa Venera filwaqt li l-oħrajn huma sporadiċi. L-awtoritajiet stqarru li wħud mill-persuni pożittivi tal-lum, attendew għax-xogħol fl-aħħar jiem.

Fl-aħħar aġġornament fuq Facebook, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li ħadd ma fieq mill-Coronavirus biex b’hekk il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex jammontaw għal 150.

In-numri tal-lum itellgħu n-numru totali ta’ Coronavirus f’din il-ġimgħa għal 138. Dan ifisser li din il-ġimgħa hija t-tieni l-għar waħda sa minn meta feġġ l-ewwel każ f’Malta.

Il-pandemija bdiet f’pajjiżna fis-7 ta’ Marzu u b’kollox, s’issa kien hawn total ta’ 824 każ.