Lokali

376 kunsillier jivvutaw fil-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali straordinarju

Illum fil-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali straordinarju vvutaw 376 Kunsillier jew 23.06%. Dawn jingħaqdu mal-484 Kunsillier li diġa’ vvutaw fil-votazzjoni bikrija li saret l-Erbgħa 29 ta’ Lulju. B’kollox sal-lum ivvutaw 860 Kunsillier jew 52.76% tal-Kunsillieri eleġibbli li jivvutaw li jammontaw għal 1,630.

Il-Kunsill Ġenerali straordinarju se jkompli għada s-Sibt l-1 ta’ Awwissu 2020, bil-votazzjoni tkompli bejn it-8am u s-6pm fid-Dar Ċentrali f’Malta u bejn id-9am u l-4pm fis-sub headquarters f’Ta’ Sannat f’Għawdex.