Il-Partit Nazzjonalista qed jimxi mal-linji gwida mogħtija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci fejn il-prijorità għandha tkun is-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd.
Fid-dawl ta’ dan illejla l-Kunsill Ġenerali se jsir mingħajr nies preżenti fis-sala u għalhekk kulħadd hu mitlub isegwi l-Kunsill Ġenerali fuq Net Tv, Net FM jew il-paġna ta’ facebook tal-Partit Nazzjonalista.
Il-votazzjoni se tiftaħ wara li jsir id-diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia fis-6:30pm u tagħlaq fit-8:30pm.
Hu obbligatorju li dawk kollha li se jiġu biex jivvutaw jilbsu maskra jew visor kif ukoll isegwu l-miżuri tad-distanza soċjali.
//= $special ?>