Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident f’Birkirkara

Mara ta’ 19-il sena residenti Ħal Qormi qed ssofri minn ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f’Birkirkara

Għall-ħabta tas-06.15, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Sir Anthony Mamo minħabba li seħħet ħabta bejn vettura u mutur.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Isuzu li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 44 sena residenti San Ġwann u mutur tal-għamla Benelli li kien qed jinstaq mill-mara ta’ 19-il sena.

Il-Vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qed ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.