Lokali

Il-kantanta Maltija tal-Junior Eurovision 2019 toħroġ mużika ġdida

Eliana Gomez Blanco ħarġet it-tieni mużika tagħha wara li rrapreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest 2019 bl-isem ta’ ‘Evening Star’.

Il-lirika, il-mużika u l-produzzjoni tal-kanzunetta inkitbu minnha stess, bil-kanzunetta ġiet imfassla ġewwa darha stess.

Eliana għad għandha 15-il sena u minn mindu kienet żgħira dejjem kienet il-ħolma tagħha li tirnexxi f’karriera tal-mużika. Hi bdiet tkanta minn età tant żgħira ta’ sitt snin filwaqt li rrapreżentat lil pajjiżna kemm-il darba f’festivals internazzjonali.