Lokali

Il-kundizzjoni ta’ Melvin Theuma għadha stabbli

Stqarrija li ħarġet mill-Pulizija tgħid li l-kundizzjoni medika ta’ Melvin Theuma għadha stabbli. Dan filwaqt li Theuma qed jinżamm fl-ENT Ward fl-Isptar Mater Dei fejn ilu jinżamm għal dawn l-aħħar jiem.

Skont il-Pulizija, Melvin Theuma kien “weġġa lilu nnifsu” waqt li kien fir-residenza tiegħu fis-Swieqi madwar ġimgħa u nofs ilu. Hu qed isofri minn ġrieħi gravi li kkawża f’għonqu u f’ġenbu permezz ta’ daqqiet ta’ sikkina.