Festi Knisja Lokali

“Is-soluzzjoni tal-Gvern mhix soluzzjoni reali” – l-Għaqda Każini tal-Banda

Ritratt: Martin Agius
"Lanqas il-pellegrinaġġi m'għandhom isiru"

Wara l-istqarrija li saret ilbieraħ mid-deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, dalgħodu l-President ta’ l-Għaqda Każini tal-Banda ġie mgħarraf mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna li min din il-ġimgħa l-pellegrinaġġi tal-festa ser ikun limitat għal 100 persuna. Dan jinkludi wkoll lill-banda/baned skond dak diġà miftiehem bejn il-Kurja u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Fid-dawl ta’ din il-miżura ta’ limitazzjoni ta’ 100 persuna anke għal pellegrinaġġi, l-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda stqarr li din “mhix soluzzjoni reali, b’mod partikolari fejn hemm żewġ baned, minħabba n-numru hekk limitat.”

L-Għaqda Każini tal-Banda qed tirrakkomanda lil membri tagħha sabiex taħt dawn il-limitazzjonijiet preżenti ma jieħdux sehem fil-pellegrinaġġi jekk dawn isiru. Dan qed jintalab mhux biss fl-interess tal-poplu imma ukoll għaliex l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tħoss li bil-limitazzjonijiet l-ġodda lanqas il-pellegrinaġġi ma għandhom isiru.

L-Għaqda tkompli tħeġġeġ lill-membri tagħha sabiex jibqgħu responsabbli u b’għaqal jibqgħu jaħdmu flimkien fl-interess tal-komunitajiet.