Lokali

“Ivvota għall-konferma tal-Kap”

Fi stqarrija maħruġa mill-grupp “Il-vuċi tat-tesserati”, sar appell lill-kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali biex jivvutaw ħalli l-partit ikompli għaddej bil-ħidma kbira li saret taħt it-tmexxija tal-Kap Adrian Delia matul dawn l-aħħar tliet snin. “Nivvutaw fil-kaxxa oranġjo għall-konsistenza biex ir-riformi li saru biex il-partit jibqa’ tan-nies ma jitwarrbux.”

L-istqarrija tfakkar ukoll li llum waqt l-inkjesta pubblika fuq l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, meta xehed l-MPE David Casa ħareġ li hu “m’għandux evidenza ta’ ħlas bejn Yorgen Fenech u l-PN biex ma jitlax”

Din ġiet deskritta mill-grupp bħala kampanja qarrieqa u maħmuġa minn wara dahar il-Kap Adrian Delia. U din il-ħadma għamluha eżatt fiż-żmien meta l-Awditur Ġenerali ħareġ rapporti li jippruvaw il-ħmieġ fir-rigward tat-tliet sptarijiet u fl-istess ġranet meta l-Kap tal-PN għamel passi kbar ‘il
quddiem fil-kawża li hu waħdu fetaħ fil-Qorti biex iġib lura dawn
l-isptarijiet.

“Ejja nkomplu flimkien bil-mixja tagħna flimkien mal-Kap tal-PN Adrian
Delia biex il-partit tagħna ma jinħatafx mill-ftit imma jibqa’ miftuħ
għal kulħadd, fejn bl-istatut il-ġdid dawk kollha ta’ rieda tajba,
l-kandidati ġodda, ż-żgħażagħ ikunu jistgħu jaħdmu alenija
mal-kumplament tat-tmexxija għall-ġid tal-partit u tal-pajjiż.
Fil-votazzjoni waqt il-Kunsill Ġenerali vvotat għall-konferma tal-Kap
bil-marka X fil-kaxxa l-oranġjo”, ittemm tgħid l-istqarrija.