Lokali

Jiftaħ il-Kunsill Ġenerali Straordinarju

Il-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-PN fetaħ b’diskors mill-President Ċensu Galea… u issa l-attenzjoni kollha ddur fuq il-votazzjoni li qed issir bejn illum u għada… u l-mistoqsija li għandhom quddiemhom il-membri tal-Kunsill.

Fil-messaġġ tiegħu, Ċensu Galea stqarr li dan hu kunsill ġenerali importanti ferm għall futur tal-Partit Nazzjonalista u wkoll Kunsill importanti għall-ġid tal-pajjiżu l-poplu Malti.

Kull Kunsillier irid jara l-ġid ta’ pajjiżna qabel ma jagħżel id-deċizjoni tiegħu u jivvota.

Finalment, hu tkellem dwar l-importanza li nirrispettaw l-għażla ta’ kulħadd biex flimkien naraw li noffru futur aħjar lil pajjiżna.

Intant, f’dan il-Kunsill Ġenerali l-Partit Nazzjonalista qed jimxi mal-linji gwida mogħtija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, fejn il-prijorità għandha tkun is-saħħa u s-sigurtà ta’ kulħadd. Fid-dawl ta’ dan, il-Kunsill Ġenerali fetaħ mingħajr nies preżenti fis-sala.

Il-votazzjoni imbagħad bdiet eżatt wara d-diskors tal-Kap tal-PN Adrian Delia – votazzjoni li tissokta s-Sibt. Il-PN qal illi huwa obbligatorju li dawk kollha li se jmorru jivvutaw għandhom jilbsu maskra jew visor kif ukoll isegwu l-miżuri tad-distanza soċjali.