Lokali Qorti

Jitressaq il-Qorti għat-tieni darba f’ġimgħa

Jonathan Degiorgio ta’ 35 sena minn Santa Venera li nhar it-Tnejn li għadda tressaq il-Qorti fuq attentat ta’ serqa mill-binja tal-kimika fl-Università ta’ Malta, reġa tressaq il-Qorti din id-darba mixli li nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ dan ix-xahar kkommetta serq ta’ ġojjellerija minn residenza fis-Swieqi

Huwa kien ilu mfittex mill-Pulizija għal xahar sħiħ qabel ma tressaq il-Qorti nhar it-Tnejn peress li kien maħrub bil-Prosekuzzjoni tgħid li huwa allegatament wettaq din is-serqa f’dan il-perjodu.

Jonathan Degiorgio, li baqa’ miżmum taħt arrest preventiv ġie mixli quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia li wettaq s-serqa ta’ ġojjelli bejn id-9.00am u l-10.00pm għad-dannu ta’ koppja. Huwa ġie mixli wkoll li seraq diversi oġġetti oħra għad-dannu ta’ persuna oħra.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Joseph Xerri u Shawn Pawney xlietu wkoll illi naqas milli jħares il-kundizzjonijiet mposti fuq mill-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera. Għalih deheru l-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia.