Coronavirus Lokali Mużika Saħħa

L-organizzaturi ta’ 4 festivals se jħassru l-avvenimenti f’Malta

Mistennija toħroġ stqarrija aktar tard illejla

Wara li n-numri tal-Covid-19 f’pajjiżna komplew jiżdiedu, l-organizzaturi ta’ erba’ festivals mużikali li kellhom isiru f’pajjiżna fil-ġimgħat li ġejjin iddeċidew li jħassru l-pjan tagħhom li jiġu Malta.

L-erba’ avvenimenti huma BPM Festival Malta, Escape 2 The Island, Mi Casa Festival u Rhythm and Waves Festival.

Net News hu infurmat li l-erba’ li huma ġew kanċellati, u illejla mistennija stqarrija uffiċjali.

Attivitajiet oħra tal-massa – uħud minnhom f’dan il-weekend stess – xorta għadhom se jsiru (jew qed isiru) kif programmat.