Coronavirus Lokali Saħħa

Mit-Tnejn li ġej se jkunu posposti l-appuntamenti kollha tal-outpatients

Jekk ma jintlaħaqx ftehim, se jkunu posposti wkoll l-operazzjonijiet mhux urġenti

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija, fi stqarrija ħabbret li tat direttivi lit-tobba li jaħdmlu fis-servizz pubbliku sabiex minn nhar it-Tnejn li ġej, ma jmorrux għall-appuntamenti tal-outpatients fl-Isptar Mater Dei kif ukoll fl-isptar ġenerali ta’ Għawdex. Din id-direttiva se tibqa’ fis-seħħ għal ġimgħa sħiħa.

Dan fid-dawl tan-nuqqas ta’ qbil bejn il-Gvern u l-MUM hekk kif fl-aħħar jien kien hemm żieda konsiderevoli ta’ każi pożittivi għall-COVID-19.

Mit-Tnejn 3 ta’ Awwissu wkoll, se jiġu posposti wkoll l-ultrasounds mhux urġenti għal ġimgħa sħiħa. Mill-Erbgħa sat-Tlieta ta’ wara, se jkunu posposti l-operazzjonijiet mhux urġenti.

L-Assoċjazzjoni tat-tobba qalet li t-tobba li jaħdmu fid-dipartiment tal-emerġenza inkluż id-dipartiment tal-emerġenza tat-tfal, huma eżenti minn dawn id-direttivi. Huma eżenti wkoll it-tobba kollha li jaħdmu fl-Isptar Karen Grech, Monte Carmeli, fiċ-ċentru tal-Onkoloġija kif ukoll fiċ-ċentri kollha fejn isir l-iswabbing għall-coronavirus. Eżenti wkoll it-tobba tat-tfal li jaħdmu Għawdex.

Ingħtaw ukoll direttivi fiċ-ċentri tas-Saħħa, fejn it-tobba se jaraw biss każijiet li jkunu meqjusa urġenti. Għal ġimgħa sħiħa fil-42 berġa tal-Gvern se jibqgħu magħluqin. L-istess se jsir f’Għawdex.

L-appuntamenti kollha mal-konsulenti dijabetiċi u l-konsulenti mediċi se jiġu posposti jew inkella jsiru bit-telefown

Il-MAM qec tħeġġeġ lill-Gvern biex isegwi l-pariri mediċi li qed jingħataw fid-dawl tal-pandemija li għaddejja u biex ma jpoġġix ħajjithom u l-għajxien tagħhom f’riskju bla bżonn.