Internazzjonali

Posposti l-elezzjonijiet f’Hong Kong fost ‘l-inkwiet dwar il-coronavirus’

Il-Gvern ta’ Hong Kong — sostenitur taċ-Ċina — ippospona l-elezzjonijiet parlamentari ta’ Settembru b’sena, waqt li fisser dan il-pass bħala ‘neċessarju’ minħabba ż-żieda sinifikanti fil-każi tal-Covid-19.

Hong Kong, bħalissa, għaddej minn ‘spike’ fl-infezzjonijiet bil-coronavirus fost rapporti dwar 121 każi ġodda f’perjodu ta’ 24 siegħa.

Madankollu, l-Oppożizzjoni ta’ Hong Kong u l-attivisti favur id-demokrazija fit-territorju akkużaw lill-Gvern tal-eks kolonja Britannika b’li qed jisfrutta l-pandemija ‘bil-ħsieb li jwaqqaf lin-nies milli jivvutaw’.

Dan meta l-Gvern ta’ Hong Kong, din il-ġimgħa, ipprojbixxa 12-il kandidat pro-demokratiċi milli jikkuntestaw fl-elezzjonijiet għall-Parlament.