Internazzjonali Lokali

Tkompli s-saga xokkanti tal-windfarm tal-Montenegro

Minkeja li ċaħad, jidher li Turab Musayev ta’ Socar kellu interess ta’ kontroll f’Cifidex. Din l-aħbar kienet żvelata mill-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia meta kkwotat emails li kixfet bħala evidenza.

Cifidex Ltd. xtrat 99% tal-ishma fil-Windfarms tal-Montenegro għal €2.9m fl-2015 u neħħiethom ġimagħtejn wara lil Enemalta plc. għal €10.3m.

Huma xtraw l-ishma tal-windfarm b’€3m mislufa minn 17 Black, il-kumpanija ta’ Yorgen Fenech, li akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Wara li Cifidex biegħ l-ishma lill-Enemalta, il-kumpanija ħallset lura €3m lil 17 Black, flimkien ma’ €4.6m addizzjonali.

Musayev kien ċaħad kull allegazzjoni marbuta ma’ Cifidex u saħansitra hedded lill-midja, b’azzjoni legali permezz tal-avukati tiegħu f’Londra. Hu kien jirrappreżenta l-interess tal-Ażerbajġan fl-Electrogas Malta Ltd.

F’Jannar il-ġurnal Times of Malta irrapporta li Musayev kien irriżenja mill-bord tal-Electrogas f’Diċembru, ftit wara Yorgen Fenech ġie akkużat b’kompliċità fil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Ritratt: Times of Malta