Lokali

Twissija mill-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete

B’rabta mal-Covid-19 u l-avvenimenti tal-massa li qed jibqħgu jittellghu f’pajjiżna, il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete, f’ittra li bagħat lill-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete Chris Delicata, huwa stqarr li huwa mħasseb ferm minħabba l-avvenimenti li għalihom ser ikunu qed jattendu diversi nies u li ser ikunu qed jittellgħu fil-ġimgħat li ġejjien f’Malta.

L-evidenza tindika li nofs in-nies li kellhom il-virus tal-COVID-19 kellhom id-dijabete u, f’numru ta’ pajjiżi, aktar minn kwart tal-imwiet kollha relatati ma’ COVID-19 seħħew fil-persuni bil-kundizzjoni.

Fl-ittra intqal li hija ħasra li l-Gvern Malti qed jiġi jaqa’ u jqum mill-vulnerabbli; partikolarment l-40,000 li f’pajjizna għandhom il-kundizzjoni tad-dijabete. F’ittra iebsa, il-President tal-Federazzjoni Internazzjonali tad-Dijabete appella lill-Gvern biex b’mod immedjat jieħu azzjoni u jwaqqaf l-attivitajiet kollha tal-massa.