Vincent Muscat, wieħed mill-irġiel li jinsab akkużat bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed jakkuża lill-Gvern li qed jeħodha bil-mod wisq u li qed ikun tardiv fuq it-talba li qed jagħmel biex jingħata maħfra Presidenzjali.
Fi protest ġudizzjarju li ppreżenta kontra l-Prim Ministru, l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat biex il-kabinett jagħti l-parir lill-President biex tingħata l-maħfra lil Vince Muscat.
Huwa ndika li kollox qed juri li investigaturi mhumiex jitħallew jaħdmu minħabba theddid u ndħil li qed ikollhom u li minħabba li l-verità kollha li tista toħroġ tista’ twassal biex tiddistabiliżża l-Gvern preżenti.
Vincent Muscat qal li t-talba huwa għamilha għaliex għandu nformazzjoni fuq il-qtil tal-ġurnalista li tista’ tkun ferm utli biex ikun magħruf x’ġara. Dan ħareġ meta fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili l-avukat tiegħu Marc Sant ippreżenta protest ġudizzjarju fejn ilmenta li huwa ilu li għamel din it-talba sa mit-30 ta’ Novembru tal-2019 mingħajr ma għadu ħa risposta.
Il-protest jgħid li huwa anke kien bagħat ittra ta’ kjarifika dwar dan fis-17 ta’ Diċembru 2019,
F’risposta għal din l-ittra, s-Segretarju tal-President ta’ Malta qallu li l-ittra għat-talba tiegħu ntbagħtet lill-Ministru tal-Ġustizzja għall-kunsiderazzjoni biex b’hekk huwa jista’ javża lill-President ta’ Malta bid-deċiżjoni.
L-Avukat Sant qal li l-klijent tiegħu ma rċieva l-ebda korrispondenza dwar dan minn dak inhar. Fl-ittra tas-17 ta’ Diċembru, Degiorgio kien ta ndikazzjoni li huwa kien lest li jikkopera bis-sħiħ biex il-Pulizija jaslu biex isolvu mhux biss il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iżda każijiet oħra li għadhom mhux solvuti.
F”Jannar li għadda kienu bagħtu għalih il-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali għal diversi laqgħat mal-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra. Kienu ħamsa l-laqgħat ma’ Degiorgio u li dawn ġew rekordjati fuq disa’ CD’s fejn kull parti ngħatat kopja. Dawn jikkonsistu f’informazzjoni dwar diversi reati, li jinkludu l-qtil ta’ Caruana Galizia.
Muscat qed jikkontendi li għandu nformazzjoni kredibbli u ta’ min joqgħod fuqha, tant li tista’ ssolvi l-każijiet relatati, u anke tidentifika numru ta’ persuni nvoluti fl-assasinju tal-ġurnalista, kif ukoll fuq persuni oħra nvoluti f’reati oħra u li għadhom ma ssemmewx jew ġew akkużati fil-Qorti.
Waqt laqa’ oħra fit-18 ta’ Frar li għadda, li l-Ispettur Arnaud kien qal li l-investigaturi kienu se jistudjaw in-noti u jisimgħu r-recordings fuq dak kollu li qalilhom Muscat, biex jaraw jekk kienx hemm xi domandi oħra li l-Pulizija jridu jistaqsuh.
Dak inhar, il-partijiet ftehmu li fil-laqgħa li jmiss, li kellha tkun l-aħħar waħda, l-investigaturi kienu se jirrekordjaw kollox li Muscat kien qal lil Arnaud fl-okkażjonijiet preċedenti, meta ma kienx sar recording u ttieħdu biss noti mill-Ispettur.
Muscat qal li minn dak inhar ‘l hawn, l-investigaturi bdew isibu kull skuża possibbli biex il-laqgħa li kien imiss ma ssirx. “L-azzjonijiet tal-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra juru b’mod ċar li qegħdin jilgħabu għall-ħin, fl-interess ta’ terzi persuni, liema azzjonijiet mhumiex aċċettabbli.
Muscat qed jikkontendi li huwa għamel il-parti tiegħu fuq il-ftehim li kien hemm u ta l-informazjoni, bl-investigaturi jonqsu li jaqdu dmirhom. Qal li l-investigaturi mhumiex jitħallew jaħdmu minħabba theddid u ndħil, minħabba li l-verità kollha tista tiddistabiliżża l-Gvern preżenti.
Il-protest jgħid li t-trattament fil-konfront ta’ Vince Muscat jikkontrasta bil-bosta ma’ dak li sar fil-konfront ta’ Melvin Theuma, fejn b’ħeffa liema bħala l-maħfra lilu ngħatat fi ftit jiem.
L-Avukat Sant qal li d-differenza fl-attitudni waħedha dubji serji u leġittimi, dwar kif l-investigaturi u l-mod ta’ kif joperaw u dwar humiex qegħdin ma jaqdux dmirhom minn terzi persuni biex jeżerċitaw id-dmir tagħhom.
Dan kollu, jgħid il-protest iwassal għal ħafna mistoqsijiet dwar kif ingħatat il-maħfra lil Melvin Theuma. “Wieħed jistaqsi jekk hux kollox kien ippjanat minn qabel, u dan qabel ma’ Melvin Theuma kien ġie arrestat.
Dan huwa ta’ mportanza aktar war li rriżulta li numru ta’ tapes tħassru mis-sistema u ma ġewx preżentati lill-Maġistrat li qed tisma’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech mill-Ispetturi fil-Prosekuzzjoni u minflok ġew preżentati mid-difiża, xi ħaġa li wieħed diffiċli jispjega.
Muscat talab lill-Prim Ministru, lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-Avukat tal-Istat biex b’mod immedjat jagħti l-parir lill-President biex tingħata l-maħfra lil Vince Muscat.
//= $special ?>