71 immigrant jinsabu f’ħalq il-mewt bejn sema u ilma fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.
Dan huwa dak li qed jingħad mill-għaqda Alarm Phone fejn saħqu li fost il-persuni hemm nisa u tfal.
Permezz ta’ posts fuq il-midja soċjali ta’ Twitter, l-għaqda qed tirrapporta li d-dgħajsa li jinsabu fuqha qed tgħereq bi bżonn urġenti ta’ għajnuna wara li allegatament kien hemm diġà 10 persuni li waqgħu minn fuqha.
Alarm Phone saħqu li l-awtoritajiet Maltin huma nformati bil-każ.