Lokali

“71 immigrant qed jegħrqu f’żona ta’ salvataġġ Maltija” – Alarm Phone

71 immigrant jinsabu f’ħalq il-mewt bejn sema u ilma fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija.

Dan huwa dak li qed jingħad mill-għaqda Alarm Phone fejn saħqu li fost il-persuni hemm nisa u tfal.

Permezz ta’ posts fuq il-midja soċjali ta’ Twitter, l-għaqda qed tirrapporta li d-dgħajsa li jinsabu fuqha qed tgħereq bi bżonn urġenti ta’ għajnuna wara li allegatament kien hemm diġà 10 persuni li waqgħu minn fuqha.

Alarm Phone saħqu li l-awtoritajiet Maltin huma nformati bil-każ.