Futbol Sport

Ciro Immobile jirbaħ iż-Żarbun tad-Deheb

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Lazio Ciro Immobile uffiċjalment ġie ddikjarat rebbieħ taż-Żarbun tad-Deheb. It-Taljan għeleb lill-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski li skorja 34 gowl. Bil-gowl skorjat ilbieraħ fit-telfa kontra Napoli, Immobile temm il-kampjonat b’36 gowl.

Fit-tielet post ikklassifika Cristiano Ronaldo, bil-plejer ta’ Juventus skorja 31 gowl u ma setax iżid ma’ dan l-ammont minħabba li ma kienx fl-iskwadra lbieraħ kontra Roma. Hu kien segwit minn Timo Werner ta’ Leipzig bi 28 gowl u Lionel Messi b’25 gowl. L-Arġentin rebaħ dan it-titlu fl-aħħar tliet staġuni u hu l-aktar plejer li l-unur b’sitt suċċessi.

Hu sar it-tielet plejer Taljan fl-istorja li rebaħ dan l-unur. Luca Toni rebaħ dan l-unur fl-istaġun 2005/06 bħala plejer ta’ Fiorentina u staġun wara kien il-leġġenda ta’ Roma Francesco Totti li rebaħ dan l-unur. Minbarra r-rebħ taż-Żarbun tad-Deheb, Immobile laħaq ir-rekord ta’ Gonzalo Higuain ta’ 36 gowl fi staġun wieħed tas-Serie A.