8.25pm: Il-President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea iddikjara l-Kunsill Ġenerali Straordinarju magħluq.
8.20pm: Iċ-Chairman tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit iħabbar ir-riżultat uffiċjali: 659 Kunsillier (43.9%) ivvutaw favur Konferma tal-Kap u 839 (56.1%) għal Elezzjoni għal Kap. Il-voti invalidi kienu 11.
8:10pm: NET News jista’ jħabbar b’mod MHUX UFFIĊJALI li l-maġġoranza tal-Kunsillieri fil-Kunsill Ġenerali għażlu li t-Tesserati jivvutaw f’elezzjoni għal Kap tal-Partit.
8.00pm: Ġew ikkjarifikati l-voti dubjużi u issa beda l-proċess tal-għadd tal-voti.
7.55pm: Il-proċess tas-sorting intemm. Stennija għat-tħabbira tar-riżultat mill-President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Peter Fenech.
7.35pm: Il-voti kollha mitfugħa jitqassmu f’pakketti ta’ 50 u issa jibda l-proċess tas-sorting. Il-voti kollha jitqassmu fil-garżelli rispettivi skont l-għażla tal-Kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali, inkella fil-garżella għall-voti dubjużi.
6.30pm: Ftit tal-ħin ilu infetħu l-kaxxi bil-voti li inxteħtu fil-votazzjoni li saret bħala parti mill-Kunsill Ġenerali tal-PN. Dan wara li fis-6pm għalqet il-votazzjoni fid-Dar Ċentrali tal-PN. Il-votazzjoni f’Għawdex għalqet fl-4pm. NET News se jkun l-ewwel li jwassal ir-riżultat ta’ din il-votazzjoni.
Dan hu biss l-ewwel parti tal-proċess li se jwassal għall-Konvenzjoni Ġenerali. F’din il-Konvenzjoni jivvutaw it-tesserati kollha tal-PN. Bħalissa l-voti qed jitpoġġew f’pakketti ta’ 50, wiċċhom ‘l isfel, hekk kif b’kollox kienu 1,509 dawk li vvutaw.
Il-Kunsill Ġenerali se jkun qed jingħalaq illejla mill-President Ċensu Galea.
//= $special ?>