Formula 1 Sport

Dominju ieħor minn Mercedes fil-provi uffiċjali f’Silverstone

(Ritratt: EPA)

Ikompli d-dominju ta’ Mercedes hekk kif iż-żewġ sewwieqa tagħhom se jerġgħu jibdew tellieqa oħra fl-ewwel filliera. Iċ-champion renjanti Lewis Hamilton kiseb it-tielet pole position f’dan l-istaġun u s-seba’ pole position fil-Grand Prix ta’ Renju Unit. Għat-tieni tellieqa konsekuttiva għeleb l-isfida ta’ sieħbu fit-tim Valtteri Bottas b’vantaġġ ta’ +0.313.

Fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone, Hamilton għamel rekord taċ-ċirkwit f’1:24.303 biex kiseb il-91 pole position fil-karriera tiegħu. Minbarra li kompla jiddomina, Hamilton għamel l-aħjar ħin b’distakk ta’ ftit aktar minn Max Verstappen li se jibda fit-tielet post.

Kif se jibdew

1. Lewis Hamilton – Mercedes (1:24.303), 2. Valtteri Bottas – Mercedes (+0.313), 3. Max Verstappen – Red Bull (+1.022), 4. Charles Leclerc – Ferrari (+1.124), 5. Lano Norris – McLaren (+1.479), 6. Lance Stroll – Racing Point (+1.536), 7. Carlos Sainz (+1.662), 8. Daniel Ricciardo – Renault (+1.706), 9. Esteban Ocon – Renault (+1.906), 10. Sebastian Vettel – Ferrari (+2.036)

Elimitati fit-tieni fażi

11. Pierre Gasly – AlphaTauri, 12. Alexander Albon – Red Bull, 13. Nico Hulkenberg – Racing Point, 14. Daniil Kvyat – AlphaTauri, 15. George Russell – Williams

Eliminati fl-ewwel fażi

16. Kevin Magnussen – Haas, 17. Antonio Giovinazzi – Alfa Romeo, 18. Kimi Raikkonen – Alfa Romeo – 19. Romain Grosjean, Nicholas Latifi – Williams