Lokali Saħħa

Id-direttivi tal-Infermieri u l-Qwiebel ukoll sospiżi għall-Erbgħa

L-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) issospendiet id-direttivi li ħejjiet għall-Erbgħa minflok għat-Tnejn, hekk kif fil-bidu tal-ġimgħa mistennija aktar laqgħat bejn il-Kunsill tal-MUMN u l-Gvern.

Dan wara li, fi stqarrija, il-Kunsill tal-MUMN qal li llum kellu diversi diskussjonijiet ma-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dwar diversi kwistjonijiet li l-Union ilha targumenta dwarhom, partikolarment b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus.

Fi stqarrija, l-MUMN qalet li ż-żewġ naħat laħaq ftehim fil-prinċipju dwar il-kwistjonijiet kollha u dan wassal biex id-direttivi setgħu jkunu sospiżi.