Lokali

Id-direttivi tat-tobba sospiżi għal jumejn sakemm jintlaħaq qbil

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) spjegat li d-direttivi ġew posposti għall-Erbgħa 5 ta’ Awwisu madanakollu spjegat li tinsab kunfidenti li ser jintlaħaq qbil.

Dan wara li waqt laqgħa bejn l-istess MAM u l-Ministeru għas-Saħħa ntlaħaq qbil fil-prinċipju dwar kif jistgħu jkunu indirizzati l-problemi preżenti li qed jaffaċċjaw il-Gzejjer Maltin fl-isfond tal-pandemija.

Dan bil-għan li jiġi evitat riskju neċessarju lill-pubbliku ġenerali u l-mediċi fid-dawl taż-żieda sostanzjali fil-każijiet pożittivi li kellna fl-aħħar jiem.