Coronavirus Lokali

“Il-membri tagħna kienu l-akbar vittma tal-Covid-19” – MHRA

L-MHRA permezz ta’ stqarrija stqarret li l-ħsibijiet ċari u l-bilanċ jiżguraw l-aqwa riżultati fil-Covid-19.

L-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti innotat b’sodisfazzjon li mindu nfetaħ l-ajruport, bir-rankatura fit-turiżmu u l-vouchers tal-Gvern kif ukoll is-sussidji fil-pagi bdiet tingħata tama li l-ekonomija tista’ tirkupra.

Għal numru ta’ ġimgħat wara l-ftuħ tal-ajruport, il-każi ta’ Covid-19 ġodda kienu l-aktar baxxi. Riżultat ta’ dan eluf ta’ impjiegi inżammu u mijiet ta’ negozji baqgħu għaddejjin. Dan, qalet, l-MHRA, kien suċċess kbir meta wieħed iqis dak li għaddejja minnu d-dinja kollha bħalissa.

L-Assoċjazzjoni qalet li dan kien possibbli biss b’xogħol kostruttiv u responsabbli mill-istake holders kollha fosthom il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Awtorità tat-Turiżmu, u l-membri tal-MHRA, li kienu l-akibar vittmi tal-pandemija.

Izda d-diffikultajiet għadhom m’għaddewx u l-pandemija għadha attiva fuq livell globali, u ħadd ma jaf f’liema direzzjoni sejra, jew kemm se tiħrax u kemm se ddum magħna.

Madankollu l-MHRA temmen li għandna niqbgħu għaddejjin bil-bilanċ, u bi protokolli raġonevoli li jiżguraw li l-ħajja tibqa’ għaddejja filwaqt li jitnaqqsu r-riskji.

Pożizzjonijiet estremi jiggarantixxu biss riżultati diżażtrużi u għaldaqstant l-Assoċjazjoni tappella lill-Gvern biex jibqa’ għaddej bl-azzjonijiet għall-benefiċċju tal-pubbliku, tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem.

Jekk it-turiżmu jieħu daqqa, l-ekonomija kollha tbati.

“Aħna qegħdin f’dan kollu flimkien, u l-uniku mod biex noħorġu minnha b’suċċess huwa permezz ta’ discussjonijiet u deċiżjonjiiet responsabbli”.