Lokali

Illejla l-August Moon Ball; il-banda tal-armata “għadha msejjħa għall-avveniment”

"Ejjew noffru l-ħlas bħala donazzjoni lill-MCCF"

L-Uffiċċju tal-President għadu ma ħareġ ebda komunikat dwar l-attività August Moon Ball li hi programmata li ssir illejla. Net News irċieva diversi telefonati ta’ nies jistaqsu dwar din l-attività, u ħafna mhux jifhmu eżatt kif wieħed jista’ jikkontrolla l-ammont ta’ nies li jattendu.

Oħrajn qalulna li lesti ma jattendux u xorta jagħtu l-ħlas bħala donazzjoni “għax din tibqa’ kawża ġusta”.

Dan l-istazzjon hu infurmat li l-banda tal-Forzi Armati għadha imsejjħa għal dan l-avveniment.

L-August Moon Ball isir kull sena fil-Palazz tal-Verdala.