Kif żvelat il-paġna ta’ Net News ilbieraħ bil-lejl, 5 immigranti oħra rnexxielhom jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-10.30pm.
Jidher illi l-immigranti qatgħu x-xibka tal-barracks ta Ħal Safi u ħarbu minn dik in-naħa wara li qatgħu d-dawl.
Il-Pulizija għaddejjin bi tfittxijiet għal dawn l-immigranti. Sa issa, ħadd għadu ma nstab.
//= $special ?>