Lokali

Jikkanċellaw il-festin tax-xogħol – jagħtu donazzjoni lid-Dar tal-Providenza

Minkejja ċ-ċirkostanzi li l-Gżejjer Maltin qed jaffaċċjaw, il-qalb kbira tal-Maltin qatt ma tonqos. Dan hekk kif il-Grupp, Evolve RS Group, kellu jikkanċella l-festin tal-10 snin anniversarju mit-twaqqif tal-kumpanija.

Għaldaqstant l-ikel kollu li kien ser ikun qed jiġi servut tul dan l-avveniment ingħata bħala għotja lid-Dar tal-Providenza. Fi stqarrija, il-grupp spjega li din mhux l-ewwel darba li taw għotja bħal din fejn saħansitra kienu ġabru kotba edukattivi għat-tfal, prodotti taż-żebgħa u gypsum – kif ukoll donazzjonijiet monetarji sena wara l-oħra.

Intant dawk kollha interessati li jagħtu li jgħinu lid-Dar tal-Providenza bi kwalunkwè mod, ankè f’dawn iż-żminijiet tant delikati – għandhom iżuru dan is-sit.