Lokali

AĠĠORNATA: Jivvotaw 1,509 fil-Kunsill Ġenerali

Kienu b’kollox 1,509 dawk li vvutaw fil-Kunsill Ġenerali li tlaqqa’ f’dawn il-jumejn. Biex b’hekk it-turnout kien ta’ 92.5%.

Il-votazzjoni kienet waħda tajba ħafna kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, fejn il-membri tal-Kunsill Ġenerali kellhom ċans sal-4pm biex jivvutaw.

Kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta, ġew osservati r-regoli marbuta mad-distanza soċjali filwaqt li kulħadd ġie mitlub jilbes maskra jew visor. Għall-istess raġun, il-Ġimgħa l-Kunsill tlaqqa’ mingħajr preżenza ta’ kunsillieri fis-sala.

Wara t-tmiem il-Kunsill Ġenerali issa l-proċess se jmur għal quddiem il-Konvenzjoni Ġenerali li se tkun qed titlaqqa’ fil-ġimgħat li ġejjin.