Lokali

Kunsill Ġenerali Straordinarju: sal-10:30am ivvutaw 182 kunsillier

Huma 182 il-kunsillieri li vvutaw fil-Kunsill Ġenerali dalgħodu, sal-ħin tal-10:30am.

Skont informazzjoni li kiseb Net News, anke llum l-andament tal-votazzjoni hu wieħed tajjeb ħafna.

Il-votazzjoni f’Malta tagħlaq fis-6pm filwaqt li f’Għawdex tagħlaq fl-4pm.

Ir-riżultat tal-votazzjoni joħroġ illejla stess.

Net TV se jkun qed iwassal xandira speċjali mis-6pm ‘il quddiem.

Aktar kmieni

376 Kunsillier ivvotaw ilbieraħ matul il-ftuħ tal-Kunsill Ġenerali straordinarju. Stqarrija tal-Kummissjoni Elettorali PN tgħid li meta jingħaddu mal-484 Kunsillier li vvotaw fil-votazzjoni bikrija nhar l-Erbgħa, b’kollox ivvotaw 860 Kunsillier li jammontaw għal 52.76% tal-Kunsillieri eliġibbli.

Il-Kunsill Ġenerali jkompli llum bil-votazzjoni f’Malta diġa’ fetħet u se tibqa’ miftuħa sas-6p.m. fid-Dar Ċentrali. Il-votazzjoni f’Għawdex tiftaħ fid-9a.m. u tagħlaq fl-4p.m. fis-sub headquarters f’Ta’ Sannat f’Għawdex.

Ikkummenta