Sport Sport Ieħor

L-Open ta’ Madrid f’dubju minħabba l-coronavirus

(Ritratt: EPA)

L-Open ta’ Madrid jinsab taħt theddida hekk kif l-organizzaturi ngħataw il-parir mill-Ministeru tas-Saħħa fi Spanja biex ma jorganizzaw l-ebda avveniment minħabba li s-sitwazzjoni tal-Covid-19 fil-belt qed tkompli tmur għall-agħar.

It-tournament hu skedat li jibda fit-12 ta’ Settembru. L-organizzaturi qalu li qed janalizzaw is-sitwazzjoni u qed iħallu l-għażliet kollha miftuħa. In-numru tnejn tad-dinja Rafael Nadal hu fost it-tennisti li għażlu li jipparteċipaw.

Mill-bidu tal-pandemija, Spanja kellha aktar min 288,000 każ ta’ coronavirus u mietu aktar minn 28,000 persuna. It-tournament kien mistenni jservi ta’ preparazzjoni għall-Open ta’ Franza.