Lokali

“Mhux eskluż aktar qtugħ ta’ dawl fis-sigħat li ġejjin” – Enemalta

L-Enemalta mhux qed teskludi li fis-sigħat li ġejjin ikun hemm mumenti qosra ta’ interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku f’ċerti lokalitajiet hekk kif għaddejjin xi tiswijiet.

Dan hekk kif fi stqarrija Enemalta spjegat li l-qtugħ ta’ dawl li seħħ fl-aħħar 48 siegħa kien riżultat ta’ ħsarat li seħħew f’cables tal-High Tension li jagħmlu parti min-network ta’ distribuzzjoni.

Filwaqt li ġie spjegat li kawża ta’ dawn il-ħsarat ġew affettwati numru ta’ lokalitajiet kemm fin-naħa t’isfel kif ukoll fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta – ġew affetwati wkoll xi lokalitajiet f’Għawdex.

Enemalta skużat ruħha mal-pubbliku għal kull inkonvenjent – ġie spjegat li għaddejja ħidma sabiex dawn il-ħsarat jissolvew f’qasir żmien.