Lokali

Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi fin-Naxxar

Sewwieq ta’ mutur minn Marsaskala kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u kwart tas-Sibt filgħodu fi Triq San Ġorg fil-Naxxar wara li r-raġel ta’ 61 sena għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur.

Fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija mid-Distrett flimkien ma tim mediku li ħadu lill-vittma l-isptar b’ambulanza għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Intant il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.