Sport Waterpolo

Sirens iżommu l-konċentrazzjoni biex għelbu meritatament lil Marsaxlokk

(Ritratt: Sirens ASC)

Prestazzjoni konċentrata wasslet biex Sirens Mecca Marin kisbu tliet punti importantissima kontra Marsaxlokk Brown’s Pharma. Għalkemm l-iskor finali jista’ jagħti stampa ta’ kif żvolġiet il-logħba, kollox ġie deċiż fl-ewwel parti tal-logħba. Sirens baqgħu kalmi u użaw aktar moħħhom, b’Marsaxlokk jilmentaw mid-deċiżjonijiet arbitrali li wasslu biex tilfu l-konċentrazzjoni fuq dak li kienu qed jagħmlu u ppermettew lil Sirens jibnu vantaġġ li qatt ma tilfuh.

Sirens rebħu l-ewwel sessjoni 2-1, b’Isaiah Riolo jiskorja minn penalty wara li Rainier Scerri kien wieġeb għall-penalty ta’ Matthias Azzopardi. Fit-tieni sessjoni, Marsaxlokk naqsu li jkunu perikolużi biżżejjed għal-lasta ta’ Joseph Parnis li kien qed jiddebbutta ma’ Sirens. Lucas Falzon, Jerome Zerafa Gregory u Tristan Said għenu biex Sirens daħlu jistrieħu 5-1 minn fuq. Fit-tielet sessjoni kienet mistennija xi tip ta’ reazzjoni mit-tim ta’ Joe Cremona iżda Sirens baqgħu fil-kmand tal-logħba tant li aċċertaw mit-tliet punti wara li skorjaw tliet gowls oħra konsekuttivi. Huma kkontrollaw il-logħba fl-aħħar sessjoni u ħarġu rebbieħa b’distakk ta’ disa’ gowls.

Neptunes aċċertaw mit-tliet punti kmieni kemm setgħu f’logħba bla storja kontra Marsaskala Fish and Fish. Huma bnew vantaġġ komdu ta’ 5-1 fl-ewwel sessjoni, b’Malcolm Manara jnaqqas id-distakk. Gowls ta’ Jake Muscat, Gabriel Pace, Sebastian Busuttil u Stevie Camilleri wasslu biex Neptunes daħlu jistrieħu 9-2.

Il-logħba kienet diġà deċiża b’Neptunes ikomplu jkabbru l-vantaġġ mingħajr diffikultà. Manara għamel l-iskor 9-3 iżda doppjetti ta’ Sebastian Busuttil u Stevie Camilleri flimkien ma’ gowl ta’ Jeremy Abela kabbru d-distakk għal 11-il gowl liema distakk kiber b’ħames gowls oħra fl-aħħar sessjoni, b’Stevie Camilleri jtemm l-aqwa skorer tal-logħba b’seba’ gowls.

Birżebbuġa Freeport ftit sabu diffikultà biex għelbu lit-tim żagħżugħ ta’ Ta’ Xbiex 12-5. Neil Cassar u Christian Mifsud taw vantaġġ doppju lil Birżebbuġa sakemm Kieyan Borg naqqas id-distakk fl-ewwel sessjoni. Iżda fit-tieni sessjoni, Birżebbuġa ddominaw u bdew ikunu miċidjali fil-kontrattakki tagħhom biex kabbru l-vantaġġ għal 7-1.

Dan il-vantaġġ ta ċ-ċans lit-tim ta’ Pierre Borg li seta’ jikkontrolla l-logħba mingħajr diffikultà. Kien biss fl-aħħar sessjoni li Ta’ Xbiex rebħu s-sessjoni anki meta saret ir-rotazzjoni fit-tim ta’ Birżebbuġa nkluż il-bidla tal-gowlkiper regolari Marco Rossi.

TA’ XBIEX……………………………. 5

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…….. 12

(1-2), (0-5), (2-4), (2-1)

Ta’ Xbiex: M. Farrugia, M. Mifsud, R. Greco, D. Rizzo, F. Cutajar, M. Demarco, M. Carani (1), N. Saliba, K. Borg (1), G. Sammut (1), N. Schiavone (1), S. Azzopardi, M. Vassallo, J. Saliba (1), A. Mifsud

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (1), N. Cassar (2), D. Pace Lupi (1), C. Mifsud (1), P. Serracino (1), S. Vassallo (1), D. Cutajar (2), M. Bonnici (1), M. Borg (1), R. Spiteri, Z. Farrugia Seychell, M. Sladden, B. Grech (1), Z. Bartolo

Referees: Mirko Schiavo, Massimo Angileri

NEPTUNES ………………………. 19

M’SKALA FISH AND FISH…… 3

(5-2), (4-0), (5-1), (5-0)

Neptunes: Borg Cole, J. Muscat (2), L. Calleja, G. Pace (1), S. Busuttil (3), J. Spiteri Staines, S. Camilleri (7), J. Camilleri, J. Abela (2), N. Zammit (1), A. Fenech (1), S. Gialanze (1), B. Busuttil, S. Stellini (1), R. Galea

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera, M. Aquilina (1), L. Grixti, K. Navarro, M. Manara (2), L. Felice, J. Culic, R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat, J. Erdogan, G. Galea

Referees: Alessandro Chimenti, Stefan Licari

MARSAXLOKK BROWN’S….,.. 3

SIRENS MECCA MARIN………. 12

(1-2), (0-3), (1-3), (1-4)

Marsaxlokk: R. Coleiro, J. Rizzo Naudi, M. Martellacci, M. Pace, T. Agius, B. Lanzon, J. Galea, K. Cremona, S. Micallef, R. Scerri (2), M. Cacici (1), O. Zammit, F. Buhagiar, J. Portelli, L. Saliba

Sirens: J. Parnis, J. Ciantar, K. Erdogan (2), G. Melillo, J. Zerafa Gregory (2), T. Said (2), L. Falzon (1), I. Riolo (1), J. Napier, M. Cutajar, M. Sciberras (1), M. Azzopardi (2), O. Gauci, G. Farrugia (1), G. Sammut

Referes: Mirko Schiavo, Ronnie Spiteri