Coronavirus Lokali Saħħa

15-il każ ġdid ta’ COVID-19

Tfieq persuna waħda

Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu… hekk kif fl-aħħar 24 siegħa kienu rappurtati 15-il każ ġdid ta’ COVID-19.

Fit-22 gimgħa minn mindu faqqgħet din il-pandemija f’pajjiżna, diġà kellna 36 każ rapportat.

Mill-15-il każ li ġew rapportati l-maġġoranza tagħhom ma marrux għax-xogħol bis-sintomi filwaqt li 2 każi kienu impurtati. 4 każi jiffumaw parti mill-cluster abbinat mal-marċ ta’ Santa Venera filwaqt li hemm 2 persuni oħra relatati ma’ cluster ġdid ta’ Paceville. Il-bqija tal-każi huma kollha sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu dan il-virus.

Tħabbar ukoll li fieqet persuna waħda biss.

B’hekk issa n-numru ta’ każi attivi tela’ għal 185 bit-total ta’ każi jitla’ għal 860. Minn dawn fiequ total ta’ 666 persuna u sfortunatament tilfu ħajjithom 9 persuni.

Interessanti l-fatt li għall-ewwel darba, il-Ministeru tas-Saħħa fil-paġna tiegħu fuq Facebook ħabbar li l-każi li kienu rrappurtati llum kienu mill-1418 swab li saru lbieraħ bejn is-sitta ta’ filgħodu u nofsillejl.

Rapport li dehru fil-media lokali qalu li fost il-każi pożittivi hemm tabib li jaħdem fit-taqsima tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei.

Jidher li dan it-tabib ma kellux kuntatt ma’ pazjenti iżda kien ix-xogħol meta kellu s-sintomi. Għalhekk jidher li numru ta’ tobba u infermiera li jaħdmu l-Emerġenza tpoġġew taħt kwarantina.