Lokali

AĠĠORNATA : Raġel ta’ 42 sena tilef ħajtu wara inċident fil-bajja ta’ Kemmuna

Għall-ħabta tat-15.00, raġel ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar sab ruħu f’diffikulta’ waqt li kien qed jgħum fil-bajja ta’ Kemmuna.

Minnufih, il-membri tal-Emergency Response and Rescue Corps marru fuq il-post u taw għajnuna lill-vittma li imbagħad ittieħed fil-Port tal-Imġarr. Hemmhekk, kien hemm tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar assistenza iżda sfortunatament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza.

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Brigette Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha