Fit-tieni tellieqa minn sensiela ta’ tliet it-tlielaq tal-Eurosport BSJ 5k Road Running Series li saret aktar kmieni din il-ġimgħa fl-Imtarfa, Charlton Debono kiser ir-rekord ta’ din il-krsa, b’Tara Abdilla fil-kompetizzjoni femminili tikseb it-tieni rebħa tagħha.
Ir-riżultat ta’ Debono kien wieħed mill-aqwa għall-atleti Maltin fejn bil-prestazzjoni tiegħu ratu mhux biss jribaħ it-tellieqa iżda jikser ukoll ir-rekord tiegħu stess tal-2018. Matul it-tellieqa, Debono beda fuq quddiem u żamm distanza komda matul ir-rotta kollha fejn irreġistra ħin impressjonanti ta’ 00:15.04
Fuq il-podju flimkien ma’ Debono kien hemm Matthew Xuereb li xejjen l-isfida ta’ bosta atleti oħra biex kiseb it-tieni post u warajh daħal Neil Brimmier li rnexxielu jtejjeb fuq it-tellieqa ta’ qabel.
Fil-kategorija femminili, Tara Abdilla li rebħet ukoll l-aħħar tellieqa, rnexxiela ttemm għal darb’oħra fuq quddiem. Magħha fuq il-podju kien hemm ukoll Francesca Arrigo u Carmen Hili. Il-medalji ġew preżentati mill-President tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club Raymond Grech bit-tellieqa li jmiss issir nhar it-Tlieta 11 ta’ Awwissu fil-Bypass tal-Imtarfa fis- 7pm.
//= $special ?>