Futbol Sport

Genoa jsalvaw posthom fis-Serie A filwaqt li Lecce relegati

(Ritratt: EPA)

Fl-aħħar sett ta’ partiti mill-aħħar ġurnata tas-Serie A, tispikka r-rebħa ta’ Genoa li salvaw posthom fis-Serie A għal staġun ieħor filwaqt li Lecce sfaw relegati għas-Serie B flimkien ma’ Brescia u SPAL.

ĠENOVA- Genoa kisbu rebħa importanti f’darhom, rebħa li fissret s-salvazzjoni għal staġun ieħor fis-Serie A. F’darhom, huma għelbu lil Verona 3-0. ANTONIO SANABRIA fetaħ l-iskor wara tlettax –il minuta b’daqqa ta’ ras tajba bl-istess plejer jirdoppja biss 12 –il minuta wara wara li rċieva pass tajjeb mingħand Pandev. Fl-44 minuta Genoa għalqu l-partita b’daqqa ta’ ras ta’ CRISTIAN ROMERO fuq corner ta’ Jagiello.

LECCE- Lecce sfaw t-tielet tim relegat mis-Serie A dan l-istaġun wara li tilfu 4-3 kontra Parma. Kienu Parma li fetħu vantaġġ doppju b’awto-gowl ta’ FABIO LUCIONI fil-ħdax –il minuta u gowl ieħor ta’ GIANLUCA CARPRARI. Lecce bdew ir-rimonta tagħhom fl-40 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ ANTONIN BARAK, biex ħames minuti wara BIAGIO MECCARIELLO ġab id-draw b’daqqa ta’ ras oħra. Parma ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima, u reġgħu marru fil-vantaġġ fit-52 minuta b’konklużjoni mill-viċin ta’ ANDREAS CORNELIUS. It-tim ta’ Roberto D’Aversa żied gowl ieħor fis-66 minuta permezz ta’ ROBERTO INGLESE li b’konklużjoni fil-pront għamilhom 4-2. Lecce irrispondew u żewġ minuti wara reġgħu naqqsu id-distakk għal gowl wieħed biss b’daqqa ta’ ras ta’ GIANLUCA LAPADULA.

BOLOGNA- Bologna temmew l-impenji tagħhom għal dan l-istaġun fi draw ta’ 1-1 kontra Torino. Kienu Bologna li wara biss tmintax –il minuta fetħu l-iskor permezz ta’ MATTIAS SVANBERG. Torino ħarġu jfittxu li jġibu d-draw u għamlu dan fis-67 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ ta’ SIMONE ZAZA.

SASSUOLO- Fi Stadio Mapei, Udinese għelbu lil Sassuolo tilfu kontra Udinese 1-0. F’taqsima nieqsa minn azzjonijiet denji ta’ nota, kienu Udinese li fit-53 minuta fetħu l-iskor meta minn cross tajjeb ta’ Lasagna, kien STEFANO OKAKA CHUKA li mill-viċin xeħet ġewwa. Fl-aħħar ħinijiet, r-referee ordna penalty favur Sassuolo iżda wara konsultazzjoni mal-VAR,  Daniel Amabile kellu jibdel id-deċiżjoni tiegħu.

Serie A

Kif spiċċaw: Spal v Fiorentina 1-3, Bologna v Torino 1-1, Genoa v Verona 3-0, Lecce v Parma 3-4, Sassuolo v Udinese 0-1