Lokali

GĦADDEW ĦAMES XHUR: “Qatluk minħabba r-regħba”

“Kienet ir-regħba li ħasditek mill-maħbubin tiegħek”.

Hekk stqarr Carmel Pace f’messaġġ emozzjonanti mmens, eżatt ħames xhur minn mindu seħħet it-traġedja fil-Ħamrun fejn inqatlet Miriam Pace taħt it-terrapien ta’ darha stess.

Carmel stqarr li l-familja għadha qed issofri sal-lum minn dan kollu.

Il-familja kienet talbet li ssir inkjesta indipendenti dwar dan il-każ; talba li l-Gvern għadu ma laqax.