Sport Sport Ieħor

Grupp ta’ żgħażagħ Maltin jagħmlu unur għall-pajjiżna fl-E-sports

Grupp ta’ żgħażagħ Maltin, li kkompetew taħt isem pajjiżna, għelbu lil pajjiżi ferm ikbar minnha u għaddew għat-Tazza tad-Dinja tal-E-sports ta’ VPG Europe. Fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni ta’ din il-kompetizzjoni, li tinvolvi logħob tal-futbol fuq FIFA, il-Maltin temmew fit-tielet post wara Spanja u l-Ġermanja.

F’isem Malta kkompetew 30 żagħżugħ li rebħu 11-il logħba u kisbu 2 draws minn 18-il logħba. Id-dati tar-rawnd li jmiss għadhom iridu jitħabbru.

Iż-żgħażagħ Maltin huma: Matthew Farfett, Denzil Gauci, Luke Hartley, Kieron Formosa, Kurt Micallef, Sean Pisani, Andy Abela, Christopher Attard, Darrell Aquilina, Djimon Wilson, Dotine Deguara, Gabi Sammut, Gabriel Farrugia, Il Blue, Isaac Kyle Grima, Jeremie Ellul, Jamie Delia, Juan Degorgio, Kurt Cauchi, Christian Spiteri, Kyle Calleja, Luke Galea, Lulu Barbara, Michael Attard, Mikele Vella, Nigel Gafa, Ryan Spiteri, Shaun Dimech, Terrence Cassar, Zenden Gafa