Formula 1 Sport

Hamilton jirbaħ f’Silverstone biex kiseb it-tielet rebħa konsekuttiva tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Lewis Hamilton kompla jiddomina dan l-istaġun tal-Formula 1 meta fi tmiem drammatiku rnexxielu jtemm it-tellieqa minkejja li ġarrab puncture. Max Verstappen ta’ Red Bull temm fit-tieni post wara li fl-aħħar żewġ dawriet Valtteri Bottas waqa’ lura wara li wkoll ġarrab puncture u temm fil-11 –il post.

Charles Leclerc ta’ Ferrari rnexxielu jtemm fit-tielet post fejn kiseb l-ewwel post fuq il-podju għal Ferrari dan l-istaġun u warajh temm Daniel Ricciardo ta’ Renault. L-Ingliż Lando Norris temm fil-ħames post fuq McLaren u warajh daħlu l-Franċiżi Sebastian Ocon ta’ Renault u Paul Gasly fuq Alpha Tauri. Alexander Albon fuq Red Bull daħal fit-tmien post segwit minn Lance Stoll ta’ Racing Poin u Sebastian Vettel ta’ Ferrari.

Wara li nhar il-Ħamis Sergio Perez irriżulta pożittiv għall-coronavirus, postu kellu jieħdu Niko Hulkenberg fejn ma rnexxielux isuq fit-tellieqa minħabba ħsarat fil-magna li ġarrbet il-karozza tiegħu qabel ma bdiet it-tellieqa. Fit-tielet dawra, Kevin Magnussen kellu jirtira mit-tellieqa wara li ħabat fejn fortunatament ma ġarrab l-ebda konsegwenzi filwaqt li Daniil Kvyat ħabat fil-barriers wara tlettax –il dawra.

Kif temmew: 1 L. Hamilton 1:28:01, 2 M. Verstappen +5.856, 3 C. Leclerc +18.474, 4 D. Ricciardo +19.650, 5 L. Norris +22.277, 6. E. Ocon +26.937, 7 P. Gasly +31.188, 8 A. Albon +32.670, 9 L. Stroll  +37.311, 10 S. Vettel +41.857, 11 V. Bottas +42.167, 12 G.Russell +52.004, 13 C. Sainz +53.370, 14 A. Giovinazzi +54.205, 15 N. Latifi +54.549, 16 R. Grosjean +55.050, 17 K. Raikkonen  +dawra, Ma temmewx: D. Kvyat, K. Magnussen, N. Hulkenberg