Kmieni l-Ħadd filgħodu faqqsu madwar 60 fekruna fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex.
Nature Trust Malta qalu li l-fkieren faqqsu għall-ħabta tas-1.50 tal-Ħadd filgħodu u sas-6.45 faqqsu 62 fekruna.
Għadd ta’ voluntiera kienu qed jagħmlu moniteraġġ kontinwu tal-bejta. Apparti din il-bejta, hemm ukoll bejta fil-Bajja tal-Mixquq u oħra fl-Għadira.
Minħabba din il-bejta, f’Ġunju kien ġie sospiż għarbiel li kellu jsir fir-ramel.
//= $special ?>