Lokali Qorti

Jipprovaw jaħarbu lejn Sqallija b’passaporti foloz

Żewġ żgħażagħ Tuneżini ta’ 15 u 17-il sena ammettew fil-Qorti li pprovaw jaħarbu lejn l-Sqallija bil-katamaran b’passaporti foloz.

Hekk kif it-tnejn huma taħt l-età, il-Maġistrat Charmaine Galea kkundannathom 30 ġurnata ħabs kull wieħed. Iż-żgħażagħ huma immigranti li wasla Malta sena ilu u kienu jgħixu f’Dar il-Lienda, il-Fgura.

L-Ispterru Hubert Gerada qal fil-Qorti li ftit li xejn ingħataw informazzjoni dwarhom infushom ħlief li kienu jaħdmu ma’ Sudaniż li kienu ilhom żmien ma jaraw. Jidher li s-Sudaniż stess għamillhom il-passaport għal madwar €600.

Iż-żgħażagħ kienu assistiti mill-avukat tal-għajnuna legali, Simon Micallef Stafrace.