Coronavirus

Jitħassru t-tiġijiet li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa fl-Ingilterra

Il-Prim Ministru Ingliż ibiddel id-deċiżjoni tiegħu wara żieda fin-numri ta' Covid-19

L-1 t’Awwissu kellha tkun il-ġurnata li fiha jirritornaw it-tiġijiet fl-Ingilterra, b’ħafna kienu qed jittamaw li matul dan il-weekend jiċċelebraw dik il-ġurnata speċjali li jkunu ilhom tant iħejju għaliha. Iżda it-tiġijiet fl-Ingilterra se jkollhom jerġgħu jistennew minħabba l-pandemija.

Kien il-Prim Ministru Boris Johnson illi ħabbar li r-receptions tat-tiġijiet ġew projbiti. Hu qal li oriġinarjament kienu se jkunu permessi ċelebrazzjonijiet sa massimu ta’ 30 persuna. Iżda issa anke dan in-numru, għalkemm żgħir, ikun riskjuż.

Johnson qal li se tkun permess biss li ssir iċ-ċerimonja taż-żwieġ.

Issa, l-Ingliżi jridu jistennew sal-15 t’Awwissu biex jaraw x’se jiġri. Dan filwaqt li fl-Iralnda ta’ Fuq jistgħu jsiru ċelebrazzjonijiet fil-miftuħ sa massimu ta’ 10 persuni.

F’Malta, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci iddeskriviet it-tiġijiet bħala “avvenimenti ta’ riskju għoli”. Wieħed xorta jrid jagħmel risk assessment qabel jorganizza t-tieġ.