Sport Sport Ieħor

L-ewwel suċċess f’Malta ta’ Balthazar Maza

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Kenneth Vella

It-22 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott saret ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa. Spikkat tiġrija tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din intrebħet minn Balthazar Maza ta’ Caillin Borg li kien qiegħed jirreġistra l-ewwel rebħa f’Malta.  

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. Hekk kif ingħata l-bidu uffiċjali, Output Pressure (Clint Vassallo) mill-ewwel mar quddiem u fetaħ vantaġġ zgħir minn Viking Dream (Brian Hili) u Balthazar Maza (Caillin Borg). Madankollu meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali Output Pressure beda jnaqqas mill-giri u dlonk inqabeż minn Balthazar Maza li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna mill-istess Output Pressure u Viking Dream. Ultra De Vindecy (Rodney Gatt) temm fir-raba’ pożizzjoni.  

Il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Gold, Fl-ewwel waħda, Mario Spiteri wassal lill-Izvediz Prediction biex jieħu l-ewwel suċċess tiegħu f’pajjiżna wara attakk 400m mil-linja finali. Dan quddiem Alzano Verderie (Nathaniel Barbara) u Boxeur d’Or (Ivan Bilocca). Alfred Maza (Jean Pierre Farrugia) u Tsunami misjuq minn missier Jean Pierre, Carmelo Farrugia daħlu flimkien fir-raba’ pożizzjoni.

Sprint tajjeb mibdi 300m mit-tmiem tat-tieni tiġrija mill-istess klassi wassal lil Foxy Brown (Rodney Gatt) biex tieħu t-tieni rebħa tas-sena. Dan b’tul minn Vicken Swing (Mark Mifsud), Quite A Feeling (Noel Baldacchino) u Aragorn De Buliere (Andrew Farrugia).

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ernest Des Angles (C. Gauci) Ħin  – 2.43.8” (1.16.5”) 2. Frisquette Snob (R. Schembri) 3. Irena Palema (R. Gatt) 4. Flexy Vert (D. Casha) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) Ħin – 2.46.8” (1.18”) 2. Dino Josselyn (G. Garzia) 3. Contro Vento (L. Ghigo) 4. Sneak Peek (G. Gatt)

III Tiġrija. Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Aim Cornuaillais (C. Camilleri) Ħin – 2.46.8” (1.17.9”) 2. Caballo Du Valbrio (R. Gatt) 3. Udjo Du Gilwesk (J. Attard) 4. Valse De Banville (J. Tabone)

IV Tiġrija. Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1.  New Moon Pellini (C. Magro) Ħin – 2.44” (1.16.7”) 2. Ariana Trojborg (Ch. Grech) 3. Country Gede (E. Farrugia) 4. Midnight Passion (E. Bezzina)

V Tiġrija. Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Cheri Bibi (N. Barbara) Ħin – 2.47” (1.18”) 2. Cirella De Kacy (R. Gatt) 3. Panda Des Fleches (C. Magri) 4. Velvety Ranais (Ch. Farrugia)

VI Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Prediction (M. Spiteri) Ħin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Alzano Verderie (N. Barbara) 3. Boxeur d’Or (I. Bilocca) 4. Alfred Maza (J.P. Farrugia) – Tsunami (C. Farrugia)

VII Tiġrija. Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Bolide Atout (N. Barbara) Ħin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Vasterbo Cheers (N. Baldacchino) 3. Nobile Edel (Ch. Farrugia) 4. Ami Toon’s (D. Gatt)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Balthazar Maza (C. Borg) Ħin – 2.37.2” (1.13.5”) 2. Output Pressure (C. Vassallo) 3. Viking Dream (B. Hili) 4. Ultra De Vindecy (R. Gatt)

IX Tiġrija. Klasi Gold. Dist – 2140m. 1. Foxy Brown (R. Gatt) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Vicken Swing (M. Mifsud) 3. Quite A Feeling (N. Baldacchino) 4. Aragorn De Buliere (A. Farrugia)