Lokali

Malta MedAir bl-ewwel titjira tagħha

Il-kumpanija Malta MedAir għamlet l-ewwel titjira tagħha dalgħodu lejn l-Ajruport Chopin f’Varsavja, il-Polonja.

L-ekwipaġġ abbord kien kollu Malti inkluż il-Kaptan filwaqt li l-First Officer hi mara.

Il-linja tal-ajru ġiet imwaqqfa fl-10 ta’ Jannar 2018 filwaqt li t-titijiriet skedati huma kollha b’destinazzjonijiet Ewropej. Mis-Sibt l-ekwipaġġ kien kollu tal-kumpanija.