Coronavirus Internazzjonali

Mewġa ta’ sħana fl-Ewropa waqt COVID-19

Hekk kif l-Ewropa tinsab fl-għeqqel tas-sajf, mewġa ta’ sħana qed tolqot għadd ta’ pajjiżi Ewropej. U dan filwaqt li l-ammont ta’ każijiet ta’ COVID-19 iktar ma jmur iktar reġgħu qed jiżdiedu drastikament.

Pajjiżi bħal Spanja, Franza u l-Ingilterra ilhom minn nhar il-Ġimgħa jbatu minn sħana ta’ mewġa ta’ sħana, bil-maskri huma obligatorji li jintlibsu f’għadd ta’ pajjiżi anke f’dan it-temp kiefer.

Malta wkoll qed tesperjenza temperaturi għoljin minkejja li s’issa ma kienx hawn mewġa ta’ sħana. Illum l-għola temperatura hi dik ta’ 37°C u tinħass 40°C. Minkejja li t-temperaturi se jkunu pjuttost għoljin, matul il-ġimgħa d-dieħla t-temperaturi se jonqsu daqsxejn, bl-għola temperatura l-Ħamis mistennija tkun 30°C. Madanakollu, l-Awtoritajiet tas-Saħħa qed iħeġġu biex wieħed ma joqgħodx barra bla bżonn.

Minkejja li s-sħana qed tagħmel tagħha f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej, l-awtoritajiet qed jappellaw biex in-nies jibqgħu jżommu d-distanza soċjali irrakkomandata biex jiġi evitat it-tixrid tal-virus.