Sport Sport Ieħor

Nick Kyrgios jirtira mill-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

Nick Kyrgios irtira mill-Open tal-Istati Uniti minħabba l-pandemija tal-coronavirus fejn qal li jiddispaċieh li mhux se jipparteċipa f’dan it-turnament. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, t-tennista ta’ 25 sena kritika lil numru ta’ tennisti minħabba l-imġieba tagħhom waqt il-pandemija.

Kyrgios appella biex niftakru f’dak li hu importanti u li l-isport u l-ekonomija maż-żmien jerġgħu jinbnew.l Min naħa tiegħu t-tennista Brittaniku Andy Murray lest li jieħu r-riskju u jipparteċipa fl-Open tal-Istati wara numru ta’ xhur nieqes mill-azzjoni minħabba l-injury li kellu.

Fl-aħħar sentejn, Murray lagħab f’żewġ Grand Slams biss wara li kellu jagħmel żewġ operazzjonijiet serji fil-hip. Murray qal li minħabba li ma jafx kemm se jkollu aktar opportunitajiet li jilgħab f’Grand Slams fil-karriera tiegħu, hu lest li jieħu r-riskju u jipparteċipa fil-Grand Slam tal-Istati Uniti li se bejn il-31 Awwissu u t-13 ta’ Settembru.