Futbol Sport

SPAL jitilfu l-aħħar partita tagħhom fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

SPAL- SPAL tilfu l-aħħar partita tagħhom fis-Serie A meta kontra Fiorentina huma tilfu bl-iskor ta’ 2-1.  Mas-sbatax –il minuta, SPAL resqu viċin li jiftġu l-iskor meta x-xutt mid-distanza ta’ Mohamed Fares ħabat mal-mimduda. Fiorentina fetħu l-iskor man-nofsiegħa logħob meta wara li rċieva mingħand Chiesa, kien ALFRED DUNCAN li kkonkluda wara Thiam.

SPAL ġabu d-draw fid-39 minuta meta b’xutt mal-ewwel MARCO D’ALESSANDRO sab ix-xibka. Fiorentina żiedu fit-tieni taqsima u kisbu l-gowl tar-rebħa fid-89 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ CHRISTIAN KOUAME wara cross tajjeb ta’ Erick Pulgar. Il-Viola żiedu t-tielet gowl fil-ħin addizjonali  minn penalty ta’ ERICK PULGAR wara foul ta’ Bonifazi fuq Chiesa.