Coronavirus Saħħa

Victoria fi stat ta’ diżastru; mill-ġdid lockdown

7 vittmi oħra fl-aħħar 24 siegħa

L-Istat Awstraljan ta’ Victoria ħabbar restrizzjonijiet ġodda biex tiġi miġġielda l-imxija tal-Covid-19, u n-numri l-ġodda li komplew jiżdiedu fl-aħħar ġimgħat. Dawn ir-restrizzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sat-13 ta’ Settembru.

L-awtoritajiet lokali ħabbru “Stat ta’ Diżastru” hekk kif mil-lejla se jkunu effettivi miżuri aktar iebsin. Fost l-oħrajn, residenti f’Melbourne se jinżammu f’lockdown għal ċertu ħin wara nżul ix-xemx. Saret ukoll iktar diffiċli biex wieħed joħroġ mid-dar tiegħu, għajr għal materji verament urġenti.

Illum f’Victoria kienu rrappurtati 671 każ ġdid u 7 imwiet kaġun tal-Coronavirus.